Konfiskati 4,500 sigarett tal-kuntrabandu

Id-Dipartiment tad-Dwana rnexxielu jerġa’ jaqbad 4,540 sigaretti tal-kuntrabandu.
Dawn is-sigaretti tal-marka Royals Red, Richman Red, PallMall Red, American Legend, Silk Cut Purple u Rothman’s Blue, inqabbdu minn għadd ta’ rħula u blietfosthom il-Belt Valletta, il-Ħamrun, ir-Rabat, Santa Venera u l-Armir.
Huma nqabbdu minn kiosk fid-daħla tal-Belt Valletta u minn każin tal-banda, minn bars, ħwienet ta-te u minn lido.
B’mod regolari d-Dipartiment tad-Dwana qed jagħmel għadd ta’ tfittxijiet. Huwa fakkar li din l-attività hija reat kriminali serju li, f’każ ta’ ħtija quddiem il-Qorti, iġorr miegħu penali fiskali ħorox, konfiska tal-mezz tal-ġarr, konfiska tal-mezz tal-ħażna u, saħansitra, anki kkunsidrata ħabs.
Huwa jappella għall-għajnuna tal-pubbliku billi jċempel b’mod anonimu fuq 2568 5124 jew 2568 5200.