Ikkonfermata l-elezzjoni ġenerali fir-Renju Unit

Il-Parlament Ingliż għadu kemm approva l-mozzjoni tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May biex issir elezzjoni ġenerali f'Ġunju li ġej.
Il-vot għadda fil-Parlament b'522 membru favur u 13-il membru kontra.
May qalet li wasal iż-żmien li l-Ingilterra tpoġġi t-tama tagħha fil-poplu u tħalli lilu jagħżel lil min irid li jmexxi lill-pajjiż.
Mal-midja internazzjonali hi qalet ukoll li mhix se tipparteċipa f'dibattiti fuq it-televixin qabel l-elezzjoni.
Dan ifisser li l-elezzjoni ġenerali li jmiss fl-Ingilterra se ssir nhar it-8 ta' Ġunju.