“Konferma oħra li Pilatus Bank qed jagħmel ħsara lil Malta” – PN

Il-Partit Nazzjonalista irrefera għal artiklu li deher fil-ġurnal The Times li jallega li l-bank Pilatus kien qed jintuża minn barranin biex minnu jgħaddu flus għax-xiri taċ-ċittadinanza. 
Il-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar iċ-Ċittadinanza Karol Aquilina sostna li din hija konferma oħra li l-bank Pilatus qed jagħmel ħsara lir-reputazzjoni tas-settur tas-servizzi finanzjarji.  
Aquilina għadda biex jistaqsi min kienu l-persuni u l-kumpaniji li nsistew ma' dawn il-persuni sabiex jiftħu kontijiet fil-bank Pilatus u xi rwol kellha Identity Malta.