Konferma li l-Awstrija trid tagħlaq il-fruntiera mal-Italja

Kelliem għall-Pulizija Awstrijaka kkonferma li pajjiżu lest li jibni ħajt ta’ 400 metru fuq il-fruntiera Taljana tal-Brenner jekk l-Italja lesta li tikkopera.
Il-kwistjoni kienet argument jaħraq bejn iż-żewġ pajjiżi fl-aħħar ġimgħat b’diversi appelli kontra l-għeluq tal-fruntiera.
Rapporti qed jgħidu li l-Awstrija diġà bdiet xi xogħol biex tkun tista’ ddaħħal kontrolli ġodda fuq il-fruntiera jekk l-immigranti fil-pajjiż jiżdiedu b’mod li tqisha l-uniku għażla.