Konferma li Biden rebaħ l-istat ta’ Georgia

Democratic Presidential Nominee Joe Biden Addresses The Nation As Election Count Continues In Few Key States

Read in English.

Wara li reġgħu ingħaddu l-voti kollha, uffiċjali tal-istat ta’ Georgia nkien konermat li l-President-elett Joe Biden kien għeleb lill-President Donald Trump f’dan l-istat kruċjali, biex b’hekk kompla jittaffa l-isforz dubjuż tal-president li jdawwar ir-riżultat ta’ l-elezzjonijiet.

Ir-riżultat, li wasal wara recount manwali tal-5 miljun vot li dam għaddej sitt ijiem sħaħ, kien kif kien ilu mistenni li jkun, u dan meta Trump u l-alleati tiegħu bqagħu jinsistu bl-allegazzjonijiet tagħhom li l-voti f’Georgia kienu mbagħbsa u li l-votazzjoni kienet frodi.

Fost diversi telfiet fil-qorti, il-kampanja ta’ Trump sabiex ikun ri-elett biddlet l-istrateġija tagħha biex issa qed tfittex li tipperswadi leġiżlaturi fl-istati Repubblikani kruċjali sabiex jinjoraw ir-riżultati ta’ l-elezzjoni u jintervjenu f’isem Trump, skond tlett persuni familjari ma’ dan il-pjan.

Il-kampanja fetħet diversi kawżi fil-qrati sabiex tikkontesta r-riżultati fl-istati l-iżjed miġġielda li rebaħ Biden, hekk kif uffiċjali elettorali madwar il-pajjiż kollu ikkonfermaw li m’hemm l-ebda evidenza ta’ irregolaritajiet. Imħallfin fi tliet stati qatgħu is-sentenzi tagħhom nhar il-Ħamis u komplew inawwru l-kampanja ta’ Trump, fejn ċaħdu akkużi li seta’ kien hemm irregolaritajiet fl-għadd tal-voti.

Biden, Demokratiku, kiseb 306 voti elettorali meta mqabbla mal-232 vot li kiseb ir-Repubblikan Trump fil-Kulleġġ Elettorali li sa fl-aħħar jiddetermina r-rebbieħ ta’ l-elezzjoni, ferm iżjed mill-270 li kellu bżonn biex jirbaħ din l-elezzjoni.