Konferenza konġunta tal-Gaming f’Malta

Bħala avveniment prinċipali li se jgħaqqad mexxejja u regolaturi mis-setturi kollha tal-logħob globali, is-Summit Internazzjonali tal-Gaming se jipprovdi lill-operaturi, fornituri, avukati, investituri, bankiera, regolaturi u konsulenti, fost oħrajn, l-opportunità unika li jiltaqgħu u jiddiskutu l-kwistjonijiet prinċipali li qed taffaċċja l-industrija tal-gaming illum.
"IAGA bi pjaċir kbir tħabbar li se torganizza s-Summit tal-2016 f'Malta, nazzjon Ewropew li hu affaxxinanti u storikament sinifikanti li huwa wkoll pijunier fl-industrija tal-logħob hekk dinamiku u li jrendi," ikkummentat l-President eletta tal-IAGA, Martha Sabol.
Iċ-Ċermen ta' GREF, Dr Jason Lane, qal li "din se tkun l-ewwel darba li GREF qiegħda torganizza konferenza konġunta ma' organizzazzjoni oħra u l-opportunità li naħdmu ma' IAGA se toffri liż-żewġ organizzazzjonijiet programm imtejjeb u aħna pożittivi li għall-membri tagħna se tkun kemm interessanti kif ukoll informattiva. Malta hija ġurisdizzjoni ta' fama fir-remote gaming u m'hemm l-ebda dubju li l-MGA se tkun l-ospitant ideali."
Ir-reġistrazzjoni għas-Summit tal-2016 se tkun disponibbli onlajn fuq www.theiaga.org mill-1 ta' Jannar, 2016 u għal GREF minn Marzu 2016.