Konferenza fi Franza bl-għan li jintlaħaq qbil dwar it-tibdil fil-klima

195 pajjiż, fosthom Malta, illum se jipparteċipaw f’konferenza tan-Nazzjonijiet Magħquda bl-isem ta’ COP21, bl-għan li jintlaħaq qbil dwar it-tibdil fil-klima. Il-pajjiżi se jinnegozjaw flimkien sabiex ikun iffinalizzat trattat ġdid fil-ġimagħtejn li ġejjin.
Mexxejja politiċi minn 147 pajjiż se jkunu qed jindirizzaw din il-konferenza.
Minkejja dan, il-pajjiżi l-fqar qed isostnu li huma ma ngħatawx vuċi f’dawn id-diskussjonijiet.
Il-Gvern Franċiż uffiċjalment se jagħti bidu lil din il-konferenza  waqt iċ-ċerimonja ta’ ftuħ li se ssir illum.