Konferenza dwar l-edukazzjoni kattolika titlaqqa’ fil-Kurja

L-94 Assemblea Ġenerali tal-Kumitat Ewropew għall-Edukazzjoni Kattolika tlaqgħet f’Malta bejn il-Ġimgħa u s-Sibt li għadda. Il-konferenza bdiet b’quddiesa ċċelebrata mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi fil-kappella tal-Kurja.

Id-delegat tal-Arċisqof għall-Edukazzjoni Kattolika Fr Charles Mallia qal li din il-konferenza titlaqqa’ darbtejn f’sena bl-għan li jkunu diskussi temi marbuta mal-formazzjoni tal-edukaturi speċjalment ma’ dik tal-mexxejja tal-edukatturi, il-kapijiet tal-iskejjel. Huwa qal li din hija okkażjoni fejn wieħed jagħraf id-differenzi fis-sistemi edukattivi, waqt li tagħti lill-edukatturi perspettiva internazzjonali.

Fr Mallia qal li l-edukazzjoni kattolika trid tkun imsejsa fuq il-messaġġ ta’ Papa Franġisku li l-iskejjel tal-Knisja iridu jkunu miftuħin għall-edukazzjoni holistika mill-aspett prattiku ta’ ġustizzja u rispetto lejn xulxin.

Il-President tal-Uffiċċju Internazzjonali tal-Edukazzjoni Kattolika Paul Barber qal li l-għan tal-edukazzjoni kattolika hi li tgħaddi l-valuri  u l-kultura li Ġesù jibqa’ ċ-ċentru tal-ħajja. Huwa qal li l-isfidi jistgħu jkunu differenti minn dawk politiċi kif ukoll għal nuqqas ta’ riżorsi.

Madanakollu, iċ-ċentru jrid jibqa’ Ġesù għax dak li l-ġenturi tat-tfal iridu mill-edukatturi tal-iskejjel tal-Knisja.