Filmat: Il-każi pożittivi fost l-anzjani qed jiżdiedu – Prof. Gauci

Read in English.

Illum fin-12.30pm, is-Superintendent għas-Saħħa Pubblika indirizzat konferenza tal-aħbarijiet dwar l-aħħar żviluppi tal-coronavirus.

Punti ewlenin li ħarġu mill-konferenza tal-lum?

  • 742 spezzjoni saru fuq l-użu tal-maskri, spjegat Prof. Gauci. Minnhom kienu mmultati 109 persuni.
  • L-R-Factor huwa aktar minn 1.
  • Prof. Gauci qalet li nies li qed iċemplu biex jagħmlu swab test u li m’għandhomx sintomi, qed jingħataw ppuntament madwar erbat ijiem wara.
  • Il-cluster tal-Hotel Takeover issa ngħalaq hekk kif ma ħarġux aktar każi li kienu relatati.
  • Qed jiżdiedu l-anzjani li qed jinstabu pożittivi għall-coronavirus.
  • Fost l-54 persuna li fiqu, 44 minnhom kienu każijiet ta’ immigranti li ddaħħlu Malta u nstabu pożittivi.
13:23 Grazzi talli segwejtuna
Nicole Borg
13:20 Prof. Gauci qalet li jekk tagħti d-dettalji tal-każi tal-coronavirus kif kienet tagħti qabel tagħmel tliet ijiem għaddejja bil-konferenza tal-aħbarijiet għax il-każi huma ħafna aktar minn kemm kien hemm qabel u li issa qed issir konferenza tal-aħbarijiet biss darba fil-ġimgħa. Newsbook.com.mt kien qed jistaqsi dwar għaliex id-dettalji li qed jingħataw issa dwar il-każi ġodda tal-coronavirus mhux qed ikunu tal-istess sustanza daqs dawk li kienu qed jingħataw fil-passat.
Nicole Borg
13:19 Newsbook.com.mt staqsa mill-ġdid dwar l-emerġenza tas-saħħa pubblika u jekk kinitx deċiżjoni tal-Gvern jew tas-Superintendent innifisha li l-pajjiż ma jkunx iddikjarat mill-ġdid f'Emerġenza tas-Saħħa Pubblika. Din kienet it-tielet darba li l-ġurnalisti ħassew il-bżonn li jħarsu lejn dan il-fattur waqt il-konferenza tal-aħbarijiet.

Minkejja dan, Prof. Gauci sostniet li t-tweġibha kienet tagħtha meta qalet li s-Superintendenza tas-Saħħa Pubblika setgħet tattwa liġijiet ġodda mingħajr il-bżonn li tkun iddikjarata b'mod uffiċjali l-emerġenza. Hi baqgħet ma weġbitx jekk id-deċiżjoni kinitx tagħha jew tal-Gvern.
Nicole Borg
13:18 Dwar ir-risk assessment, Prof. Gauci qalet li dan għaddej il-ħin kollu.
Nicole Borg
13:15 Prof Gauci qalet li l-iswabbing tal-ħaddiema tas-Saħħa għandhom hub apposta għalihom ukoll fl-Isptar Mater Dei. Qalet li l-ħaddiema tas-saħħa li qed jitrattaw pazjenti tal-covid-19 għandhom ilbies protettiv. Qalet l-istaff tal-IDU ma twaqqafx issa imma, ilu mwaqqaf u jaffaċċja mard infettiv differenti.
Nicole Borg
13:13 Prof. Gauci qalet li meta wieħed iħares lejn in-nies li fiqu ħafna ma baqalhomx kumplikazzjonijiet wara, kien hemm min baqatlu xi ftit sogħla. Qalet li barra minn Malta kien hemm nies li baqalhom kumplikazzjonijiet akbar.
Nicole Borg
13:12 Dwar l-istat ta' emerġenza, Prof. Gauci qalet li minkejja li mhux dikjarata stat ta' emerġenza, dak li hemm bżonn toħroġ bħala avviżi legali, is-Superintendenza qed toħroġhom xorta.
Nicole Borg
13:11 Prof. Gauci qalet li meta tħares lejn iż-żieda, tħares lejha kemm bħala numri u kif dawn ikunu mqassmin. Qalet li l-każijiet li jkunu kuntatti jkunu nkoraġġuti jagħmlu t-testing. Spjegat li hemm bżonn aktar attenzjoni.
Nicole Borg
13:10 Qalet li s'issa ħarġu ċitazzjonijiet għal 109 persuna minħabba l-użu ħażin jew in-nuqqas ta' użu tal-maskra.
Nicole Borg
13:08 Prof. Gauci qalet li kien hemm peak fid-domanda għat-testing. Qalet li fetħu hubs oħrajn u wkoll impjegaw aktar persuni fl-iswabbing centres.

Qalet li nies li qed iċemplu u li m'għandhomx sintomi, qed jinżammu l-appuntamenti tagħhom madwar erbat ijiem wara.
Nicole Borg
13:08 Qalet li l-każijiet tal-Hotel Takeover, il-cluster issa ngħalaq.
Nicole Borg
13:05 Spjegat li ċertu pazjenti li jkunu jgħixu ma' persuni anzjani u vulenrabbli ġieli jinżammu l-isptar jekk joħorġu pożittivi sabiex ma jpoġġux lill-anzjani u l-persuni vulnerabbli li jgħixu magħhom f'periklu.
Nicole Borg
13:03 Spjegat li meta joħroġ każ pożittiv, ikun hemm analiżi ta' fejn għandhom ikomplu jirċievu l-kura tagħhom. Minnhom ikunu kapaċi jibqgħu fi djarhom sakemm jgħaddilhom, oħrajn ikollhom bżonn aktar kura. Qalet li jsirilhom test wara ġimgħatejn.
Nicole Borg
13:02 742 spezzjoni saru fuq l-użu tal-maskri, spjegat Prof. Gauci.
Nicole Borg
13:02 Spjegat li l-R-Factor huwa aktar minn 1.
Nicole Borg
13:00 Dwar il-vaċċin tar-Russja u jekk Malta hux se tkun qed timportah, Prof. Gauci qalet li l-WHO qed tħares lejn disa' vaċċini li hemm għaddejjin, qalet li l-vaċċin tar-Russja mhix waħda minnhom.

Qalet li Malta hija involuta fil-joint procurement tal-vaċċin tal-pajjiżi Ewropej.
Nicole Borg
12:59 Dwar it-testing tal-passiġġiera li jidħlu fl-ajruport internazzjonali, qalet li qed janalizzaw il-pajjiżi, ir-rata tal-każi u r-rata tat-testing li qed isir fil-pajjiżi. Ma kkonfermatx liema pajjiżi qed ikunu kkunsidrati.
Nicole Borg
12:58 Rigward it-tieni mewġa, Prof. Gauci qalet li bħalissa reġa' qed ikollna peak oħra.
Nicole Borg
12:56 Prof. Gauci qalet li t-tliet pazjenti fl-ITU hemm mara ta' 71 senaa, raġel ta' 63 sena li hu fuq il-ventilator li għandu kundizzjonijiet mediċi oħrajn u hemm mara ta' 53 sena.
Nicole Borg
12:56 Jibdew jistaqsu l-ġurnalisti
Nicole Borg
12:54 Prof. Gauci issa qed tgħaddi l-messaġġ tagħha għal dawk li jitkellmu bl-Ingliż.
Nicole Borg
12:53 Talbet biex sakemm joħroġ ir-riżultat tat-test, wieħed jibqa' ġewwa.
Nicole Borg
12:51 Fejn jidħol l-użu tal-maskra, Prof. Gauci fakkret li l-maskra ta' persuna tipproteġi lil dawk ta' madwarha u b'hekk importanti li jibqgħu jintlibsu.
Nicole Borg
12:50 Fakkret kif il-miżuri ta' mitigazzjoni għall-avvenimenti pubbliċi, issa japplikaw għal bars, nightclubs u diskoteki.
Nicole Borg
12:49 Insistiet li l-protezzjoni tal-anzjani hija importanti u spjegat li qed jinħadmu aktar miżuri biex l-anzjani fir-residenzi lokali jkunu protetti dejjem aktar.
Nicole Borg
12:48 Qalet li min qed iċempel it-testing hubs qed jingħata appuntament fi żmien 24 siegħa. Qalet li f'każijiet urġenti anke jagħmluhom mill-ewwel.
Nicole Borg
12:48 Fakkret kif din il-ġimgħa nfetħu żewġ testing hubs ġodda.
Nicole Borg
12:47 Prof. Gauci qalet li qed isir ammont kbir ta' testing ta' kuljum. "Qatt ma kellna rat akbira ta' ttestjar daqs kemm għandna bħalissa," qalet Prof. Gauci.
Nicole Borg
12:47 Spjegat li persuni vulnerabbli għandhom jaħdmu b'kawtela.
Nicole Borg
12:45 Qalet li bil-mod il-mod qed jiżdiedu l-anzjani li qed jinstabu pożittivi bil-coronavirus. Qalet li n-numri xorta għadhom żgħar però kollox jindika li l-anzjani u l-vulnerabbli għandhom jieħdu ħsieb u jipproteġu lilhom innifishom.
Nicole Borg
12:44 Qalet li l-każi li għadhom pożittivi, ikunu qed isegwuhom biex jaraw li baqgħu ġewwa u ma ħarġux mid-dar. Qalet li jsegwuhom ukoll min-naħa klinika, hekk kif jaf ikun hemm persuni li jkollhom bżonn aktar kura fl-isptarijiet.
Nicole Borg
12:43 Qalet li hawn ukoll numru ta' każi sporadiċi li wieħed ma jistax jgħaqqadhom flimkien imma jkunu qed jaħdmu biex jidentifikaw minn fejn ġew. Qalet li jista' jkun li 'l quddiem jiskopru li jingħaqdu ma' clusters oħrajn.
Nicole Borg
12:43 Semmiet ukoll cluster ta' studenti fejn kien hemm 14-il persuna li ġew f'dawn l-iskejjel u dil-ġimgħa żdiedu bi tliet persuni oħra.
Nicole Borg
12:42 Sostniet li l-cluster tal-Hotel Takeover Party baqa' ma kompliex jikber. Intant, il-cluster tal-festa ta' Santa Venera żdied biss b'każ wieħed.
Nicole Borg
12:41 Spjegat li l-akbar cluster huwa relatat ma' Paceville u nightclubs. Qalet li flimkien mat-33 każ li nstabu li attendew f'dan il-postijiet, magħhom kien hemm 25 persuna oħra li ġew f'kuntatt.
Nicole Borg
12:40 Qalet li fl-aħħar ġimgħa kien hemm 299 każi ġodda u 38 li kienu fiqu. Qalet li fl-aħħar ġimgħa saru 13,239 swab tests. "Iżjed ma tfittex iżjed issib," qalet Prof. Gauci.
Nicole Borg
12:40 Prof Gauci qalet li jekk tħares lejn il-każijiet mingħajr ma tinkludi l-immigranti, it-trend hija li l-każijiet xorta qed jitilgħu 'l fuq.
Nicole Borg
12:39 Prof. Gauci qalet li s-sitwazzjoni tal-covid dejjem qed "titla' fuq" minħabba ż-żieda fil-każijiet. Qalet li dan relatat mal-ispikes li kien hemm relatati ma' parties, festi u avvenimenti oħrajn. Qalet ukoll li dawn jinkludu l-immigranti wkoll li kienu salvati mill-baħar.
Nicole Borg
12:37 Prof Gauci qalet li hemm ukoll tmien pazjenti fl-Isptar Monte Karmeli. Qalet li malli kien ġie identifikat każ fl-Isptar ittieħdu l-miżuri neċessarji b'mod immedjat. Qalet li l-istaff kollu li kellu kuntatt mal-pazjenti, jiġifieri 77 membru tal-istaff, kollha jinsabu fi kwarantina.
Nicole Borg
12:36 Fl-Isptar Mater Dei hemm ħames każijiet. Il-maġġoranza huma stabbli, iżda hemm anzjan li mhux qiegħed kompletament stabbli. Intant, hemm tliet persuni li jinsabu l-ITU. Qalet li hemm persuna fuq ventilator.
Nicole Borg
12:36 Qalet li sarilhom it-test wara 14-il jum minn meta nstabu pożittivi.
Nicole Borg
12:34 Prof. Gauci qalet li fost l-54 persuna li fiequ, 44 minnhom kienu każijiet ta' immigranti li ddaħħlu Malta u nstabu pożittivi.
Nicole Borg
12:34 Tasal il-Prof. Charmaine Gauci.
Nicole Borg
12:33 Il-ġurnalisti qed jistennew il-wasla tal-Prof. Charmaine Gauci għall-konferenza tal-aħbarijiet.
Nicole Borg
12:33 Il-każi attivi fil-pajjiż issa huma ta' 505.
Nicole Borg
12:30 Propju fl-aħħar ħin, il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar permezz ta' post li matul il-jum tal-bieraħ instabu total ta' 31 każ ġdid pożittiv tal-coronavirus filwaqt li fiqu 54 persuna.
Nicole Borg
12:26 Waranofsinhar it-tajjeb Newsbook.com.mt jinsab preżenti fil-Life Science Park f'San Ġwann fejn minn ħin għall-ieħor mistennija tibda l-konferenza tal-aħbarijiet dwar il-coronavirus.
Nicole Borg