Konferenza dwar kif tikkumbatti l-problemi

Malta se tkun qed tilqa’ konferenza internazzjonali dwar “Ir-Reżiljenza f’Dinja bil-Problemi”, organizzata mill-Fakultà tat-Teoloġija flimkien mal-Arċidjoċeżi ta’ Malta u ll-Konkatidral u l-Mużew ta’ San Ġwann f’Valletta. Il-konferenza se ssir mis-7 sad-9 ta’ Novembru.

Fis-7 ta’ Novembru, il-konferenza tiftaħ b’diskors fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann fis-6.30pm. Il-lekċer se titwassal mill-Professur Tomáš Halík, rebbieħ tal-Premju Templeton, Professur tas-Soċjoloġija u kollaboratur mal-eks President tar-Repubblika Ċeka Václav Havel.

Fit-8 u d-9 ta’ Novembru, se jkun hemm 5 panels li se jkunu qed jagħmlu diskursati fil-Kampus tal-Università l-Qadima fil-Belt Valletta. Dawn il-panels se jkun hemm fihom kelliema importanti minn Malta, l-Italja, l-Istati Uniti, l-Irlanda, l-Afrika, min-Netherlands, minn Spanja, miċ-Ċekja u mill-Polonja.

Tista’ tirreġistra tal-31 t’Ottubru, u r-reġistrazzjoni biex tattendi din il-konferenza hija ta’ €10. Hawnhekk tista’ ssib il-programm sħiħ.