“Konferenza bla dettall” – in-negozji jridu ċarezza

Miguela Xuereb

Il-Kamra Maltija tal-Kummerċ stqarret li l-konferenza tal-aħbarijiet dwar ir-rilaxx tal-miżuri kienet bla dettall u saħqu li n-negozji jrid ikollhom ċarezza dwar kif jistgħu joperaw.

Filwaqt li laqgħet l-aħbar li n-negozji jistgħu jerġgħu jiftħu minn nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju, il-Kamra qalet li huwa importanti li l-informazzjoni tasal għandhom mingħajr dewmien.

Il-Kamra laqgħet ukoll l-aħbar li l-ajruport mistenni jerġa’ jiftaħ fl-1 ta’ Lulju li ġej mingħajr kwarantina obligatorja filwaqt li saħqet biex jiġu implimentati protokolli aktar stretti ta’ saħħa u sigurtà. Dwar iċ-childcare centres u SkolaSajf, il-Kamra qalet li għandha tingħata prijorità lill-familji li għandhom bżonnhom biex jirritornaw lura għax-xogħol.

Appellaw ukoll biex il-Gvern ikompli juża dan il-metodu ta’ kontroll b’mod dixxiplinarju.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn