“Komplu kunu għodda ta’ għaqda” – L-Isqof Mario Grech

L-Isqof Mario Grech ħeġġeġ lill-Pulizija biex ikomplu jkunu għodda ta’ rikonċiljazzjoni u għaqda.
Waqt Quddiesa fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija, fix-Xewkija, li fakkret il-203 anniversarju tal-Korp tal-Pulizija f’Għawdex, Mons. Grech appella lill-pulizija biex ikunu strument ta’ rikonċiljazzjoni.
Spjega li ħidmet il-pulizija tlaqqagħhom mal-kuntrarju u b’ħidmiethom jipprovaw jwaqqfu lura mill-ġdid l-ordni li jkun tħarbat.
Żied jgħid li l-pulizzija tipprova wkoll toffri għajnuna korrettiva lil min ikun ħalla lilu nnifsu jinħakem mill-ħażin.
Mons. Grech qal li bis-sabar u b’sens komun il-pulizija jirnexxilhom iħitu tiċrit fir-relazzjonijiet bejn koppji miżżewġa, familji, bejn individwi u gruppi.
Saħaq li għalkemm xogħol il-pulizija hu li jaraw li l-liġi tiġi mħarsa, għandhom ikollhom id-dehen biżżejjed biex fejn jistgħu jiksbu l-effeti mixtieqa mil-liġi mingħajr ma japplikaw l-ittra tal-liġi.
Temm jgħid li għal ħafna mill-poplu, il-pulizija qabel m’huma uffiċjalitad-dixxiplina, huma ħbieb li joffru l-ewwel għajnuna.