“Kompli dawwal kull fejn tkun bħalma dejjem għamilt”

Awguri lill-kantawtriċi Corazon Mizzi li llum qed tiċċelebra għeluq it-33 sena tagħha. Il-kantawtriċi, rebbieħa ta’ diversi edizzjonijiet ta’ L-Għanja tal-Poplu, li kisbet suċċess ukoll b’albums bħal Hawn Jien u Għall-Bejgħ, u bla dubju il-kanzunetta Id-Dar tan-Nanna, twieldet bħal-lum il-11 ta’ Lulju tal-1987.

Fost il-messaġġi li twasslu fuq il-midja soċjali f’okkażjoni ta’ dan il-jum hemm dak tas-sieħeb il-kantanta Neville Refalo li ddeskriva lil Corazon bħala tfajla solari, li tarmi pożittività kull fejn tkun.

Hu ddikjara pubblikament li jħobbha għalkemm din id-dikjarazzjoni jagħmililha kuljum, filwaqt li żied li huwa xxurtjat li għandu lilha f’ħajtu biex tagħmilielu sabiħa bla qies!

“Kompli dawwal kull fejn tkun bħalma dejjem għamilt,” temm jgħid il-messaġġ ta’ Neville.

Ritratt: Facebook/NveilleRefalo

Awguri Corazon!