Kompetizzjonijiet tat-tpinġija u l-mużika fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

Panama Park li fih se jsiru l-kompetizzjonijiet mużikali u tat-tpinġija fost affarijiet oħra

Jinsabu fi stadju avanzat ħafna il-preparamenti għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li se jsir fil-Panama bejn it-23 u s-27 ta’ dan ix-xahar. F’dawn il-jiem mistennija jibdew jaslu mijiet ta’eluf ta’ żgħażagħ minn madwar id-dinja kollha biex jieħdu sehem f’dan l-avveniment.

Fil-21 ta’ Jannar, jumejn qabel il-ftuħ uffiċjali taċ-ċelebrazzjonijiet, il-park tematiku Cristonaut@s se jiftaħ il-bibien tiegħu għal mijiet ta’ pellegrini b’diversi attivitajiet kulturali organizzati mill-Fondazzjoni Ramon Pane.

Dan il-park se jkun dedikat għall-mużika, grafika u teknoloħija ġodda, għaż-żgħażagħ. Il-park, f’Panama City se jkun fih żewġ sorpriżi: XTO Painting li se tkun kompetizzjoni tat-tpinġija; u li Xto Music, kompetizzjoni oħra għal żgħazagħ b’talenti mużikali.

L-organizzaturi tal-Jum Dinji flimkien mal-Fondazzjoni Ramon Pane qed jagħmlu l-aħħar arranġamenti f’dan il-park li żgħażagħ minn madwar id-dinja se jkun jistgħu jibdew imorru fih bejn il-21 u s-26 ta’ dan ix-xahar.

L-aġenzija tal-aġbarijiet ‘Zenit” qalet lil-organiżaturi spjegaw li l-kompetizzjoni tal-mużika qed tistenna li jkun hemm parteċipazzjoni mużikali miż-żgħażagħ b’talenti ġodda, fl-auditorium ta’ Cristonaut@s Park, b’interpretazzjoni ta’ kanzunetti b’tema reliġjuża jew sekulari li jinċentivaw il-valuri tal-ħajja, il-ħbiberija u l-imħabba, fost oħrajn.

Dawk li jixtiequ  jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni mużikali jistgħu jibdew il-proċess billi jirreġistraw fuq is-sit elettroniku www.cristonautas.com jew jibgħatu e-mail lil cristonautas@cristonautas.com

It-tema uffiċjali magżula għall-Jum Dinji ta’ din is-sena hi “It-Tħabbira tal-Madonna” Għalhekk il-kompetizzjoni tat-tpinġija se jkollha din it-tema. L-artisti huma mħajra jużaw teknika differeni li jagħżlu huma, għal xogħol ispirat minn din it-tema. Ix-xogħolijiet artistiċi li jieħdu sehem se jkunu esibiti bejn it-22 u l-25 ta’ Jannar fil-Cristonaut@s Park.

Matul il-jiem taċ-ċelebrazzjonijiet, iż-żgħażagħ li jmorru filCristonaur@s Park se jkunu jistgħu jesperimentaw b’ħafna apparat virtwali u jagħmlu esperjenza ħajja ta’ riflessjoni fuq il-metodu tal-Lectio Divina u jagħmlu użu minn mezzi ta’ Realta Virtwali, Karaoke, Kinect u touch screens 3D u 4D

“Waqt il-proċess ta’ riflessjoni, l-Anġlu Gabriel se jiggwida liż-żgħażagħ u bħal Madonna se jkunu qed jokkomunikaw kontinwament ma’ żgħażagħ oħra u jgħinuhom jifhmu l-messaġġ ta’ Alla u aktar importanti jinternaw dan il-messaġġ f’ħajjithom u jpoġġuh fil-prattika”, qalu l-organizatturi.