Kompetizzjoni ta’ stampi bil-qtates għall-Milied

Trid li dik il-balla suf sabiħa li tant tħobb tkun il-mudell għal Diċembru fil-kalendarju tagħna tas-sena li ġejja? Jekk trid tagħmel hekk issa hu ċ-ċans li tista’ tagħmel biex jirnexxilek tagħmel dan u b’hekk il-qattus/a tiegħek ikunu l-istilla għall-Diċembru li jmiss fil-kalendarju li joħorġu s-CSAF [Carers for Stray and Abandoned Felines)

Ir-Regolamenti

1. Idħol fil-paġna facebook ta’ CSAF [Carers for Stray and Abandoned Felines) u f’messaġġ privat ibgħatilhom ritratt high resolution tal-qattus/a tiegħek b’tema tal-Milied.

2. Inkoraġġixxi lill-ħbiebek u lill-familja tiegħek biex jagħmlu Like lir-ritratt u jixxerjawha mill-profil tagħhom.

3. Ir-ritratt li l-aktar ikollu Likes u Shares jintagħżel biex ikun ir-ritratt tagħna għall-Diċembru li jmiss.

Id-data tal-għeluq għas-sottomissjonijiet hija l-31 ta’ Diċembru. Ir-rebbieħ jitħabbar fl-ewwel ġimgħa tal-2020.

Għal aktar informazzjoni ibgħat messaġġ privat fil-paġna Facebook ta’ CSAF (Carers for Stray and Abandoned Felines).