Kompetizzjoni mużikali ġdida fuq it-televiżjoni Taljana

Ritratt: Mediaset

It-talent shows jidher li għadhom qed jiksbu popolarita’ madwar id-dinja bl-istazzjonijiet jixtru d-drittijiet tal-format oriġinali u jkunu jistgħu jtellgħu l-verżjoni tagħhom.

Hekk se jiġri din il-ġimgħa, il-Ħamis 16 ta’ Mejju, meta fuq Canale 5, fl-istess jum li Malta tkun qed tikkompeti fit-tieni semi finali tal-Eurovision Song Contest, jibda l-programm All Together Now li se jkun immexxi minn Michelle Hunziker.

Ritratt: Mediaset

Dan il-programm, se jkun mifrux fuq bosta ġimgħat fuq Canale 5 u matulu dawk li qed jaspiraw fil-kant jagħtu wirja ta’ madwar minuta u nofs quddiem panel ta’ mitt ġurija esperta jew professjonisti fil-qasam tal-ispettaklu, mmexxija minn J-Ax.

 

 

Il-membri tal-ġurija jqumu bil-wieqfa kull darba li xi ħadd mill-parteċipanti jimpressjonhom u dan ifisser li dawk bl-għola ammont ta’ ġurati li jkunu qamu bil-wieqfa, jgħaddu għall-finali.

Fil-verżjoni tal-Ingilterra, minn fejn fil-fatt oriġina mill-BBC b’Geri Halliwell bħala kap tal-panel tal-100 ġurat, is-sena l-oħra kellu l-parteċipazzjoni ta’ Norbert Bondin, li aktar tard matul is-sena rajnih ukoll fil-komptizzjoni X Factor ta’ Malta.

Tgħid se naraw parteċipanti Maltin fil-verżjoni tal-Canale 5?