Kompetizzjoni għat-tfal ta’ bejn is-6 u 14-il sena

Bħal kull sena l-Malta Baby & Kids Directory nediet il-kompetizzjoni għall-faċċata tal-ktieb li joħroġ f’Ġunju 2018.
Ir-ritratt rebbieħ se jidher fil-faċċata tal-ktieb u l-parteċipant jirbaħ video camera mingħand The Fotografer. 
Barra min hekk, 12-il ritratt ieħor se jintgħażlu biex jidhru fil-ktieb, fejn il-parteċipanti se jirbħu wkoll xi premjijiet, fosthom biljetti għas-Cybermaxx Indoor Laser Tag u biljetti għall-Velocity Trampoline Parks. 
Il-parteċipanti jrid ikollhom bejn  6 u 14 il-sena. It-tfal jistgħu jipparteċipaw billi jieħdu ritratt tal-pet tagħhom u jibagħtuh b'imejl fuq info@maltababyandkids.com b’isimhom, data ta’ twelid, numru tal-mowbajl ta’ ġenitur u l-isem tal-iskola li jattendu, sa mhux aktar tard mit-18 ta’ Mejju 2018.