Kompetizzjoni għall-kostum tal-karnival: tfal bejn 5 u 16-il sena

Jekk bi ħsiebek tilbes kostum tal-karnival innovattiv tista’ tikkompeti sabiex tirbaħ il-premju tal-isbaħ kostum karnivalesk.
Dan wara li Festivals Malta ħabbar kompetizzjoni nazzjonali tal-kostum karnivalesk bir-rebbieħ jitħabbar fit-13 ta’ Frar, fil-11am fi Pjazza Teatru Rjal.
Il-kompetizzjoni se tkun miftuħa għat-tfal, adoloxxenti u żgħażagħ bejn il-5 u s-16-il sena u se tkun imqassma f’żewġ kategoriji skont l-età.
Minkejja li r-rebbieħ jitħabbar fit-13 ta’ Frar, l-esebizzjoni tal-kostumi se ssir fl-10 ta’ Frar waqt il-Karnival tat-tfal.
Dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem jistgħu jiksbu l-formola tal-parteċipazzjoni minn Festivals Malta fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti.
Il-parteċipazzjoni hija bla ħlas.
Għal aktar informazzjoni tista’ tikkuntattja lil Mariella Portelli mill-Kunsill Malti għall-Arti fuq mariella.a.portelli@artscouncilmalta.org.
Ritratt: Mill-Arkivji