Kompetizzjoni għall-isbaħ kostum Karnivalesk

Wara nuqqas ta’ bosta snin il-Kunsill Malti għall-Arti qed iħabbar il-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-kostum karnivalesk li se ssir nhar it-Tlieta 9 ta’ Frar f’nofsinhar fi Pjazza Teatru Rjal fil-Belt Valletta.
Din il-kompetizzjoni hija intenzjonata għal tfal, adoloxxenti u żgħażagħ ta’ bejn 5 u 16-il sena u se tkun imqassma f’żewġ kategoriji skont l-eta’.
Min jixtieq jipparteċipa jista’ jikseb formola tal-parteċipazzjoni mill-Kunsill Malti għall-Arti, 16, Triq MA Vassalli il-Belt waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju.
L-applikazzjonijiet jagħlqu siegħa qabel tibda’ il-kompetizzjoni u l-parteċipazzjoni hija mingħajr ħlas.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja lil Noel D’Amato fuq noel.damato@maltaculture.com jew billi jċempel fuq in-numru 23397040.