Kommossjoni f’Għajnsielem; nirien jaħkmu appartament

Nirien ħakmu appartament f’Għajnsielem, li fih kien hemm familja b’tarbija.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ għall-ħabta tal-9.45am fi Triq Malta. In-nar żviluppa minn aircondition f’kamra tas-sodda u baqa’ nieżel mal-purtiera.

Sorsi fuq il-post iddeskrivew ma’ Newsbook.com.mt il-kommossjoni li kien hemm hekk kif kien hemm diffikultà biex il-fire engine tidħol sal-appartament, minħabba nuqqas ta’ spazju. Eventwalment in-nirien intfew mill-Membri tal-Protezzjoni Ċivili. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.