Komiks ta’ Superman jinxtara għal €2.43 miljun

L-ewwel kopja tal-komiks ta’ Superman inxtrat fuq eBay għall-prezz ta’ €2.43 miljun.
Dan hu probabilment l-għola prezz li qatt kien hemm għal ktieb tal-komiks. Il-bejjiegħa Stephen Fishler u Vincent Zurzolo kkonfermaw dan il-prezz.
Kopja oħra tal-istess ktieb inxtrat fl-2011 għall-prezz ta’ €1.59 miljun.