Kolumbjana tipprova ddaħħal id-droga f’Malta

Mara ta’ 39 sena mwielda l-Kolumbja iżda residenti Spanja ġiet arrestata f’konnessjoni ma’ sejba ta’ droga kokajina. Mal-wasla tagħha fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta minn Madrid instabu madwar 250 gramma kokajina fuq il-persuna tagħha.

Il-Maġistrat tal-Għassa ġiet infurmata b’dan il-każ u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkejsta’.

Il-mara qegħda tinżamm taħt arrest u mistennija titressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.