Il-maniġer ta’ Liverpool Jurgen Klopp iffirma kuntratt ġdid mall-klabb li jorbtu sal-2024.
Klopp li ngħaqad mar-Reds f’Ottubru tal-2015, kien iffirma kuntratt ġdid ta’ sitt snin f’Lulju tal-2016. Issa l-kuntratt ġie estiż għall-2024. Taħt it-tmexxija tal-Ġermaniż, Liverpool rebħu ċ-Champions League s-sena l-oħra u spiċċaw fit-tieni post fil-Premier League.
Dan l-istaġun qegħdin fuq quddiem tal-klassifika bi tmien punti. Liverpool qed jaspiraw li jirbħu l-ewwel league tagħhom sa mill-1990.
Fuq is-sit ta’ Liverpool, Klopp li għandu 52 sena qal li l-klabb jinsab f’pożizzjoni tajba bħalissa u b’hekk lanqas ikkunsidra li jitlaq.
Hu stqarr li meta l-klabb kellmu biex jingħaqad magħhom lura fl-2015, ħass li huma perfett għal xulxin. Saħaq li jekk qatt kellu dubju dwar dan, issa jaf fiċ-ċert li ma setax għamel pass aħjar.