Kolonna maħruqa f’Bormla

Fi stqarrija, il-Kunsill Lokali ta’ Bormla jikkundanna l-att vandalu fejn matul il-lejl li għadda nħarqet kolonna li l-kumitat tal-festa ta’ San Lawrenz kellhom armata fuq ir-roundabout bejn Bormla u l-Birgu.

Il-Kunsill jiddeplora l-azzjoni u jitlob lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jinvestiga dan il-każ.