​Kollox miftuħ fir-Relegation Pool

Miż-żewġ partiti li kellna lbieraħ, Tarxien u Qormi taw pjaċir kbir lil partitarji tagħhom.
Mill-Victor Tedesco Stadium, Tarxien għelbu lil Floriana bl-iskor ta’ 3-0 u Qormi għelbu lil Naxxar bl-iskor ta’ 5-1.
Għal Floriana ġiet ġurnata ħażina ferm u nkwetat mhux ftit lil partitarji Furjaniżi li xorta se jibqgħu jagħtu l-appoġġ tagħhom.
Għal Tarxien żewġ gowls sbieħ ta’ Miguel Ciantar u gowl ta’ Mariano Bueno poġġewhom żewġ punti biss wara Floriana.
Fil-logħba l-oħra, Alfred Effiong kien il-protagonist prinċipali fir-rebħa Qormija meta skurja tliet gowls u kien strumentali f’wieħed miż-żewġ gowls ta’ Jorge Pereira da Silva.
Fil-klassifika tar-Relegation Pool, Floriana għandhom 17-il punt, Tarxien Raonbows u Naxxar Lions għandhom 15, Qormi 14, Vittoriosa 13 u Rabat Ajax b’4 punti biss.
Intant iż-żewġ logħbiet li kellhom jintlagħbu lbieraħ fl-Istadjum Nazzjonali, se jintlagħbu għada kif ġej:
Fis-6pm Valletta vs Mosta
Fit-8pm Sliema Wanderers vs Birkirkara