Kollox lest għat-tiġrija

Miguela Xuereb

Read in English.

In-negozjant Yorgen Fenech tressaq il-Qorti għall-ħabta tat-8pm. Fenech kien arrestat mill-Pulizija fl-20 ta’ Novembru li għadda. Huwa wieġeb mhux ħati. Mill-Qorti, Fenech intbagħat il-ħabs

Melvin Theuma, li qed jitqies bħala s-sensar fil-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, kien ħa ritratt mal-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, fl-uffiċċju tiegħu f’Kastilja. Dan ġie żvelat mill-gazzetta MaltaToday li b’mod esklussiv ippubblikat ukoll ir-ritratt.

Il-ġurnalist ta’ Reuters Stephen Grey jgħid fuq Newsbook Hour illi issa hemm aktar nies qed jitkellmu magħhom u huma se jibqgħu jirsistu biex isibu s-sid tal-kumpanija Macbridge. Hu qal li jinkwieta għas-sigurtà ta’ Yorgen Fenech u Melvin Theuma.

Cardona, talab lill-Ispeaker biex tingħatalu protezzjoni, minħabba l-allegazzjonijiet ta’ frame-up fil-konfront tiegħu saru waqt laqgħa tal-Kabinett. Żied jgħid li l-frame up tiegħu ma ġiex miċħud mill-Gvern.

L-Ispeaker wieġeb li filwaqt li jifhem il-preokkupazzjoni tiegħu, għax hi xi ħaġa li hu stess għadda u qed jgħaddi minnha, “ma nistax nara kif nista’ nagħtik xi forma ta’ rimedju”.

Il-Maġistrat Audrey Demicolo tgħid li l-arrest ta’ Yorgen Fenech kien legali.

Sorsi infurmati viċin il-Partit Laburista kkonfermaw ma’ Newsbook.com.mt li l-elezzjoni għall-mexxej ġdid tal-Partit Laburista se ssir f’żewġ fażijiet f’Jannar 2020. Muscat beħsiebu jibqa’ jżomm postu sa Jannar u ma jilqax it-talbiet li qed isiru minn diversi biex jirreżenja immedjatament għax jemmnu li fid-dawl ta’ dak li ġara l-pożizzjoni tiegħu m’għadhiex tenibbli.

Dalgħodu saret protesta minn Graffitti quddiem Kastilja biex jesprimu r-rabja għal dak li qed jiġri bħalissa fil-pajjiż. Huma nġabru ħdejn il-monument ta’ Manwel Dimech.

Il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Miriam Dalli tiddikjara li hi tinsab “irrabjata u traduta”.Iben il-ġurnalista assassinata, Matthew Caruana Galizia rreaġixxa bil-qawwa għal dan il-kumment.

Yorgen Fenech jiġi arrestat u interrogat mill-pulizija għar-raba’ darba f’ dawn l-aħħar 11-il jum.