Kollox lest għall-mużika fil-festival ta’ Glastonbury

L-ikbar festival fid-dinja li jsir f’għelieqi fil-miftuħ, jiġifieri dak ta’ Glastonbury fl-Ingilterra, fis-sigħat li ġejjin se jibda l-ewwel kunċerti u fuq ħamest ijiem mistenni jlaqqa’ mal-177,000 dilettant tal-mużika, teatru, ċinema, żfin u diversi forom artistiċi oħra.
Bħas-soltu, kienu ħafna dawk li waqqfu tined qrib il-palkijiet biex ikunu minn tal-ewwel li jsegwu dak li se jiġi organizzat f’dawn il-jiem.
Il-festival hu rinomat għall-fatt li jlaqqa’ artisti kbar tal-mument imma wkoll minnu ħarġu diversi gruppi mużikali u artisti oħra li mbagħad għamlu suċċess ‘il quddiem.
Il-Ħadd mistenni jieħu sehem ukoll id-Dalai Lama.
Il-biljetti għall-festival, meta nħarġu f’Ottubru, inbiegħu f’26 minuta.