Kollox lest għall-ikla tal-Caritas fil-kurituri tal-Kurja

Kollox lest fil-kurituri tal-Kurja għall-ikla tal-Milied li għaliha se jattendu aktar minn 500 persuna.
L-ikla ilha tiġi organizzata għal dawn l-aħħar tliet snin mill-Caritas, u tkun miftuħa għal dawk li ma jkollhomx ma min iqattgħu dan il-jum speċjali.
Is-sena l-oħra 'l fuq minn 300 ruħ li nġabru fil-bini tal-Kurja għal din l-ikla, u fost persuni distinnti kien hemm ukoll l-Arċisqof, Charles Scicluna, il-President ta' Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, u t-tenur Malti Joseph Calleja li kanta lin-nies miġbura quddiemu.