Kollox lest għall-Festa tal-Bebbux

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja Roderick Galdes nieda l-Festa tal-Bebbux li se ssir fis-Siġġiewi fi tmiem din il-ġimgħa.
F’konferenza li saret flimkien mal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, Roderick Galdes irrimarka li l-aspett tradizzjonali tal-attività hi waħda mill-ingredjenti li jfittxu t-turisti, b’din l-attività tippromwovi platti tradizzjonali Maltin.
Żied jgħid li se jkun hemm ukoll l-aspett soċjali peress li parti mill-qligħ se jmur għall-Inspire.
Waqt din l-attività se jkun hemm riċetti bil-bebbux, ikel tradizzjonali Malti u divertiment għall-familja kollha.

Ritratt: DOI – Jason Caruana