“Kollox kalm!” – L-Emergency Fire and Rescue Unit

Tletin volontier jinsab lest biex f’każ li jkun hemm bżonn jagħti l-ewwel għajnuna.

Dawn huma l-volontiera tal-Emergency Fire and Rescue Unit (EFRU), fergħa tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Sandro Camilleri mill-EFRU qal li minkejja li f’jiem bħal dawn tista’ tinqala tensjoni, s’issa l-andament huwa wieħed kalm.

Staqsejna jekk hemmx lokalitajiet li fihom jantiċipaw aktar inċidenti.

Il-ħidma tal-EFRU se tkompli anka matul il-lejl.