Kollox jimxi ħarir għal Rooney fid-debutt ma’ Derby County

Wayne Rooney mexxa lit-tim tiegħu Derby County għal rebħa fid-debutt tiegħu mat-tim. Hu witta t-triq għall-ewwel gowl biex rebħu kontra Barnsley.

Kien Jack Marriott li ġewwa Pride Park irnexxielu jdaħħal il-ballun fil-lasta ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima. Il-ballun waral għand Marriott grazzi għall-free-kick ta’ Rooney. Barnsley ġabu l-gowl tad-draw wara l-waqfa grazzi għal Elliot Simoes.

Kien Martyn Waghorn li skurja l-gowl tar-rebħa għal Derby County.

Rooney li l-aħħar logħba li lagħab qabel din kienet fl-aħħar ta’ Ottubru għal-DC United, lagħab id-90 minuta kollha fiċ-ċentru tal-grawnd.