Kollox għandu ż-żmien tiegħu – Mirabelli

Komplew jikbru mhux ftit l-ispekulazzjonijiet illi l-kowċ ta’ Milan Vincenzo Montella ftit fadallu jmexxilir-Rossoneri. Dawn wara illi d-direttur sportiv Massimiliano Mirabelli f’intervista li kellu ma’ Sky Sport Italia sostna illi kollox għandu l-ħin tiegħu.
“Bħal kull ħaġ’oħra fil-ħajja, kollox għandu ż-żmien tiegħu. Tajna lill-kowċ tagħna grupp żagħżugħ li għad irid jimmatura. Issa hu jrid jgħaqqadhom flimkien.”
Mirabelli kien qed jitkellem wara d-drodiżappuntanti ta’ 0-0 li Milan kellhom f’darhom kontra AEK Athens. 
B’din id-dikjarazzjoni, Mirabelli qisu jrid jagħti x’jifhem illi ż-żmien ta’  Montella mar-Rossoneri dalwaqt wasal biex jintemm.