“Kollox għadda b’wiċċ il-ġid” – Il-President

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-President George Vella ħareġ mill-isptar wara li saritlu operazzjoni.

Il-President kiteb fuq Facebook li kollox għadda b’wiċċ il-ġid wara li sarlu intervent kirurġiku ppjanat.

Huwa jinsab id-dar, u nhar it-Tnejn għandu jerġa’ jibda jaqdi l-funzjonijiet tiegħu bħala President tar-Repubblika. Il-kariga kienet qed tokkupaha l-Aġent President Dolores Cristina wara li l-President daħal l-isptar ilbieraħ.

Il-President irringrazzja lil dawk kollha li bagħtulu xewqat sbieħ, kif ukoll lill-infermiera u l-ispeċjalisti, li fi kliemu, iwettqu l-mirakli ta’ kuljum.

Nixtieq Nirringrazzja lil dawk kollha li għoġobhom jibgħatuli xewqat sbieħ għall- bieraħ meta kelli nagħmel intervent…

Posted by George Vella on Saturday, February 15, 2020