Filmat: “Kollha kemm aħna tlifna xi ħabib xi darba jew oħra” – Kevin

Nhar il-Ħadd waqt il-Ġbir ta’ Fondi b’risq Dar Bjorn biex tgħin lil min għandu l-kundizzjoni tal-ALS, għall-ħabta tal-4pm il-kantant Kevin Borg se jkun qed ikanta għall-ewwel darba fuq it-televiżjoni il-kanzunetta Tlaqt Ħabib li nieda proprju llum.

Din hi kanzunetta b’dedika speċjali għal Clint Mizzi, ħabib ta’ Kevin, li ħalliena aktar kmieni din is-sena, proprju fi żmien il-Covid-19.

“Nemmen li kulħadd jista’ jirrelata ma din il-kanzunetta ghax kollha kemm aħna tlifna xi ħabib xi darba jew oħra,” ikkummenta magħna Kevin. 

Tlaqt Ħabib hija kompożizzjoni ta’ Jason Cassar u kitba ta’ Marcon Cassar, żewġ persuni li Kevin stqarr li jqishom bħal familja.

Dan hu l-messaġġ li Kevin wassal fl-aħħar ġranet biex iħabbar it-tnedija ta’ din il-kanzunetta, u dak li se jkun qed jiġri nhar il-Ħadd 27 ta’ Settembru.

🙏🌟Messaġġ esklussiv rigward il-kanzunetta l-gdida tieghi TLAQT ĦABIB 🌟🙏

Posted by Kevin Borg on Wednesday, September 23, 2020