Kollegi ta’ Newsbook.com.mt jgħollu l-kappell!

Illum issoktaw iċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni tal-istudenti fl-Università ta’ Malta.
Fost l-oħrajn, waqt ċerimonja fis-Sala Sir Temi Zammit,  Yendrick Cioffi u Maria Callus, kollegi ta’ Newsbook.com.mt u RTK 103FM, iggradwaw b’Baċellerat bl-Unuri fil-Komunikazzjoni.
Ġurnalist ieħor ta’ Newsbook.com.mt Christoph Schwaiger kiseb Baċellerat bl-Unuri fix-Xjenza Biomedika.
Sadanittant fil-jiem li għaddew iggradwaw ukoll kontributuri oħra ta’ Newsbook.com.mt:  Monique Agius li kisbet Baċellerat bl-Unuri fir-Relazzjonijiet Internazzjonali u Beppe Galea b’Baċellerat bl-Unuri fl-Istudji Ewropej.
Nawguraw mill-qalb lill-istudenti kollha b’mod partikolari lill-kollegi mill-kamra tal-aħbarijiet.