Kolasinac deċiżiv għal Arsenal

Il-plejer mill-Bosnja Sead Kolasinac sab ix-xibka u kellu sehem f’gowl ieħor hekk kif għen lit-tim tiegħu Arsenal jieħdu t-tliet punti wara rebħa ta’ 2-1 kontra Swansea. Għal Kolasinac dan kien l-ewwel gowl li skorja fil-Premier League.
Xi kritiċi tal-futbol Ingliż tkellmu wara l-logħba tal-bieraħ u qalu li minkejja li Kolasinac m’għandux it-teknika ta’ plejers oħra magħrufa, madankollu jaf ikun deċiżiv bħalma ġara lbieraħ.
Huwa skorja fil-51 minuta u qassam ballun perfett lil Aaron Ramsey seba’ minuti wara.
Dan id-difensur ferm twil ġie akkwistat fil-bidu ta’ dan l-istaġun u qed jispikka ferm fil-logħbiet illi qed jilgħab.