Koeman diżappuntat bit-tkeċċija tiegħu

L-eks kowċ ta’ Everton Ronald Koeman jinsab diżappuntat kif tkeċċa minnmat-Toffees aktar kmieni din il-ġimgħa. Koeman tneħħa mill-kariga wara l-umiljazzjoni ta’ 5-2 li kellhom f’GoodisonPark kontra Arsenal. 
L-Olandiż kien ilu jmexxi l-klabb għal dawn l-aħħar 16-il xahar. Il-klabb minn Merseyside nefqu ftit inqas minn 150 miljun lira sterlina dan is-sajf sabiex jixtru plejers ġodda fosthom Wayne Rooney. 
Everton ilhom ma jirbħu għal dawn l-aħħar ħames partiti fil-kompetizzjonijiet kollha u jinsabu fit-18-il post tal-PremierLeague Ingliż.
Minkejja din it-tkeċċija, Koeman sab ħin jikteb fuq Twitter fejn għalkemm ma naqasx li juri d-diżappunt tiegħu għal din l-azzjoni, Everton xorta ħa jibqgħu f’qalbu u awguralhom għal kumplament tal-istaġun.