Koala jwaqqaf ċiklista għall-għajnuna

Anna Heusler hi ċiklista minn Adelaide fl-Awstralja. Dan l-aħħar ħadet sorpriża meta waqt li kienet fuq ir-rota koala ħareġ mill-foresta, mar fuqha u  b’ħarstu talabha biex jixrob. Fl-inħawi kien hemm sħana kbira kaġunata mill-ħruq li qed jaħkem lil xi partijiet mill-pajjiż.

Heusler bdiet tirrekordja dan l-inċident u fil-filmat il-koala jidher jixrob l-ilma kollu li kellha. Iċ-ċiklista poġġiet il-vidjo fuq Instagram u f’qasir żmien rawh eluf kbar.

TOPSHOT – The afternoon sky glows red from bushfires in the area around the town of Nowra in the Australian state of New South Wales on December 31, 2019. – Thousands of holidaymakers and locals were forced to flee to beaches in fire-ravaged southeast Australia on December 31, as blazes ripped through popular tourist areas leaving no escape by land. (Photo by SAEED KHAN / AFP) (Photo by SAEED KHAN/AFP via Getty Images)

Il-ġurnata kienet taħraq b’temperaturi ta’ 42˚C. Meta Heusler u t-12-il ċiklist li kien hemm magħha raw lill-koala fit-triq, l-ewwel reazzjoni tagħhom kienet li jippruvaw ireġġgħuh lura fil-foresta biex ma jintlaqatx mill-karozzi.

Iċ-ċiklista kienet  sorpriża wkoll għax il-koala għandhom it-tendenza li jżommu d-distanza minn nies.

“Il-koala tela’ miegħi malajr, kien ovvjament bil-għatx,” qalet. “Hekk kif kont qed nagħtih jixrob mill-flixkun tal-ilma tagħna, huwa tela’ fuq ir-rota tiegħi. Qatt ma rajt ħaġa bħal din.”

Iċ-ċiklista ġabret aktar minn $13,000 għal għaqda li qed tipproteġi lil dawn l-annimali. L-Adelaide Koala Rescue bħalissa qed tieħu ħsieb aktar minn 100 annimali, xi wħud midruba inkella maħruba min-nirien li qed iħeggu madwarhom.