Illejla fl-9.50pm fuq l-istazzjon Net, Francesca Polidano tippreżenta l-ewwel programm mill-iskeda l-ġdida ta’ JIENINT. Hija se titkellem dwar diversi suġġetti li huma relatati ma’ missjoni. Knisja b’missjoni universali se jkun l-ewwel suġġett li Francesca se titkellem dwaru ma’ Fr Alex Zammit mssp u Fr Bernard Falzon mssp dwar kif il-Knisja qed tilqa’ l-isfidi tal-lum f’dan il-qasam.
Fil-programm ser niltaqgħu ma’ Fr Tony Sciberras u Fr Martin Cilia li ser jgħidulna l-istorja u l-ispiritwalità ta’ Mons Giuseppi De Piro li huwa l-fundatur tas-saċerdoti tas-Soċjetà Missjunara ta’ San Pawl.
Fr Ġiovann Tabone ser jgħidilna l-esperjenza tiegħu fil-missjonijiet diversi li hu għamel ma’ sħabu l-mssp. Ser ningħaqdu wkoll bi skype ma’ Fr Alex il-Peru.
Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPi media, b’direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp.