KMS Skolasport fi tmiemha b’xow mimli żfin, mużika u kuluri

Skolasport, organizzata mill-Kunsill Malti għall-iSport (KMS) bl-għajnuna tal-isponsor tagħha Kellogg’s, temmet il-programm skolastiku 2014-2015 b’xow ta’ żfin, moviment u ġinnastika għall-ġenituri u l-ħbieb fil-Kumpless Sportiv ta’ Kottonera.
Waqt l-indirizz qasir tiegħu Stefan Cassar, Maniġer Kummerċjali ma’ Charles Darmanin & Co Ltd, id-distributuri lokali ta’ Kellogg’s f’Malta, qal li “għal dawn l-aħħar ħmistax-il sena konsekuttiva Kellogg’s ħadmet b’mod attiv flimkien mal-programm ta’ KMS Skolasport fl-iżvilupp tat-talent sportiv u tħeġġeġ stil ta’ ħajja b’saħħitha fost il-ġenerazzjoni Maltija kemm taż-żgħar u l-kbar.”
Il-Manifestazzjoni kienet ukoll indirizzata miċ-Chairman ta’ KMS, Luciano Busuttil li qal din is-sena l-ammont ta’ parteċipanti li ħadu sehem fil-programm ta’ Skolasport laħaq l-4,000.
L-Agent Kap Eżekuttiv ta’ KMS, Mark Cutajar, qal li KMS għaddej b’ħidma biex iwassal l-isports u l-eżerċizzju fiżiku fil-qalba tar-rħula Maltin.
Cutajar temm jgħid li KMS se jkompli bil-programm tas-Sajf  msejjeħ Summer on The Move u dawn l-attivitajiet se jkunu estiżi f’ċentri oħra bħal Park tal-Familja fil-Mellieħa u l-Padiljun tal-Basketball f’Ta’ Qali.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.