KMS Skolasport b’taħriġ tat-Triathlon

Il-programm KMS Skolasport, sponsorjat minn Kellogg’s, qed joffri l-atleti li qed jaspiraw f’din id-dixxiplina l-opportunità li jitħarrġu u jtejbu l-ħiliet tagħhom permezz tal-kollaborazzjoni li KMS għandu mal-Malta Triathlon Youth Academy.   
Il-President tal-Malta Triathlon Federation, Cyprian Dalli, qal li “sentejn ilu, il-Malta Triathlon Federation nediet proġett ġdid mal-European Triathlon Union u l-KMS biex tagħti bidu għall-ewwel akkademija tat-Triathlon f’Malta. Minn dak iż-żmien ‘l hawn komplejna nikbru u nissaħħu. Ma’ kull sena, il-klassijiet tal-KMS Skolasport qed jiġbdu iktar parteċipanti żgħar li għall-ewwel darba qed jitħarrġu f’din id-dixxiplina eċċitanti.”
Imwaqqfa fl-2013, il-Malta Youth Triathlon Academy għandha l-għan li tipprovdi sessjonijiet ta’ taħriġ strutturati minn kowċis kwalifikati li jiggwidawhom skont l-età u l-abbiltajiet tagħhom.
Is-sessjonijiet tat-Triathlon tal-KMS Skolasport huma maqsumin f’żewġ programmi: Grassroots (etajiet bejn is-6 u 13-il sena) u Performance (etajiet bejn l-10 u 15-il sena).
Il-Kunsill Malti għall-Isport se jkun qed iniedi l-programm tas-sajf, ‘Summer on the Move’ fil-jiem li ġejjin.  
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt