Kmamar tal-banju ġodda għal-librerija tal-Università – Bartolo

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal fil-Parlament li fl-2019 il-kmamar tal-banju kollha tal-Librerija tal-Università se jiġu sostitwiti.

Hu kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari tad-deputat Carmelo Mifsud Bonnici li staqsa kemm hi possibbli li dawn il-kamar tal-banju li jintużaw kemm mill-istudenti kif ukoll mill-istaff jiġu rranġati jew sostitwiti.

Fir-risposta tiegħu, Bartolo qal li dan se jkun qed isir matul l-2019. Sa issa huwa infurmat li tħejjew il-pjanti ta’ dawn il-kmamar tal-banju u bħalissa qegħdin fil-proċess sabiex jitħejja t-tender għal dawn ix-xogħlijiet.