Kmamar ta’ Puttinu jġarrbu ħsarat minħabba traskuraġni

Żewġ appartamenti ta’ Puttinu f’Londra ġarrbu ħsarat estensivi fis-saqaf wara li xi persuni ħallew l-ilma nieżel mill-vit tal-kamra tal-banju.
Fuq il-paġna tal-Facebook ta’ Puttinu, l-organizzaturi tal-paġna talbu lil min juża l-appartamenti tagħhom b’xejn biex ma joħdux is-servizz b’attitudni rħisa għax ma jħallsux għalih, u talabhom jieħdu ħsieb l-appartament li joffrilhom daqslikieku darhom.

Barra minn hekk, min imexxi l-paġna qal li dan l-inċident kompla jgħakkes is-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ kmamar, għax f’Jannar l-appartamenti ta’ Puttinu se jkunu kollha mimiljin minħabba pazjenti se se jagħmlu trapjant tal-mudullun.
Il-messaġġ temm jitlob biex Puttinu jiġi megħjun minn kulħadd, għax l-appartamenti tiegħu huma għal kulħadd.
Ritratti: Puttinu Cares (Facebook)