Klopp spjega kif Gomez u Sterling irranġaw id-differenzi

Jurgen Klopp sostna li d-difensur ta’ Liverpool Joe Gomez jinsab tajjeb ferm. Dan wara li ftit tal-jiem ilu kellu xi jgħid ma’ Raheem Sterling.

L-attakkant ta’ Manchester City, Sterling tneħħa mil-lista tal-plejers magħżula għal-logħba kontra l-Montenegro li ntlagħbet fl-14 ta’ Novembru. Hu kellu xi jgħid ma’ Gomez ġewwa l-kwartieri fejn jitrenjaw u jqattgħu ħinhom il-plejers tat-tim Ingliż. Hu rritorna għal-logħoba ta’ kwalifika kontra l-Kosovo tliet ijiem wara.

Klopp spjega kif il-plejers bejniethom irranġaw l-affarijiet malajr. Hu spjega kif ikun hemm mumenti bħal dawn fil-futbol.

Sterling u Gomez kienu involuti f’argument waqt il-logħba mill-Premier League fejn Liverpool rebħu kontra City bl-iskor ta’ 3-1. Il-battibekki komplew meta ltaqgħu għat-taħriġ mat-tim nazzjonali.