​Klopp sarkastiku fuq Twitter

Fuq is-sit soċjali Twitter il-kowċ ta’ Liverpool Jurgen Klopp bagħat messaġġ xi ftit sarkastiku indirizzat l-aktar lejn il-partitarji ta’ Manchester United dwar il-polza li kien hemm ilbieraħ fil-belt Żvizzera ta’ Nyon fejn it-tim tiegħu se jiltaqa’ kontra l-leaders tal-kampjonat Ingliż Manchester City.
Din il-botta fina fina tal-kowċ Ġermaniż waslet f’ġimgħa fejn l-arċi-rivali tagħhom sofrew eliminazzjoni bikrija meta tilfu f’darhom kontra Seville bl-iskor ta’ 2-1. Dan wasal ukoll fiż-żmien meta r-Reds tilfu l-konfront dirett tagħhom fil-kampjonat kontra l-United.
Fuq nota iktar serja, Klopp qal illi kontra Manchester City se jagħtu l-almu tagħhom sabiex jirbħu d-dritt li jikkwalifikaw iktar u iktar meta din hija fażi li  min jitlef jinqala’ u għalhekk kollox jista’ jiġri.