Klopp ma jikkummentax iżżejjed fuq Coutinho

Meta kien qed jitkellem lejliet il-konfront tal-FA Cup illi Liverpool għandhom fid-derby kontra Everton, il-kowċ Jurgen Klopp deher ferm frustrat meta ġie mistoqsi mill-ġurnalisti preżenti dwar il-futur ta’ Philippe Coutinho.
Il-kowċ Ġermaniż kien xott iżda ċar fir-risposta tiegħu, hekk kif sostna li jgħid x’jgħid xejn mhu ser jinbidel, la għall-klabb u wisq anqas għall-plejer.
Anzi Klopp tenna illi aktar ma jitkellem aktar agħar, u għalhekk hu kien qed jagħżel l-istil diplomatiku hekk kif is-suq tat-trasferimenti għadu jibda.
Coutinho qed jissemma’ ħafna ma’ Barċellona u skont is-sit goal.com, fis-sigħat illi ġejjin mistenni jingħalaq dan it-trasferiment.