​Klopp kritiku minkejja r-rebħa

Minkejja r-rebħa komda ta’ 2-0 illi Liverpool kisbu kontra Newcastle, il-kowċ Jurgen Klopp, meta kien qed jitkellem mal-istazzjon BBC Sport saħaq illi ma jistgħux jagħmlu żbalji bħalma għamlu waqt din il-partita jekk iridu jkomplu javvanzaw f’kull kompetizzjoni illi jinsabu fiha.
Il-kowċ Ġermaniż ilmenta fuq xi blalen illi ntilfu f’nofs il-grawnd mill-midfielders tiegħu u li dawn l-affarijiet is-soltu ma jiġrux. Qal ukoll illi Firmino ftit sab għajnuna minn sħabu anke minħabba l-fatt illi Newcastle bdew jiddefendu tajjeb ħafna.
Gowl f’kull taqsima ta’ Mohammed Salah u Sadio Mane taw ir-rebħa lir-Reds illi momentarjament poġġiethom fit-tieni post tal-klassifika.