​Klopp jittama li jakkwista lil Fekir

fekir

Jurgen Klopp jixtieq ikompli jsaħħaħ l-attakk fenomenali ta’ Liverpool billi jakkwista lil Nabil Fekir mingħand Lyon għas-somma ta’ £60 miljun.
Il-plejer offensiv skorja 22 gowl matul dan l-istaġun u ntgħażel minn Didier Deschamps sabiex ikun parti mit-tim nazzjonali Franċiż. Ix-xewqa ta’ Klopp hi li jagħmel numru ta’ akkwisti sabiex iżid l-alternattivi kull meta jkollu bżonn ibiddel il-plejers jew il-metodu tal-logħob tiegħu.
Liverpool spiċċaw fil-raba’ post tal-kampjonat Ingliż, b’25 punt inqas mir-rebbieħa Manchester City, u qed jippjanaw li joqorbu lejn il-quċċata tal-Premier League Ingliż billi jintroduċu plejers oħra li kapaċi jagħmlu d-differenza meta mitluba minnhom. Liverpool huma ċerti mill-wasla tal-midfielder Naby Keita matul ix-xahar ta’ Lulju wara li s-sajf l-għadda l-klabb ħallas £52.5 miljun lil RB Leipzig.