Klopp jiddeskrivi l-iskeda tal-logħob fil-festi bħala reat

Il-maniġer ta’ Liverpool Jurgen Klopp qal li hija kriminalità li xi wħud mit-timijiet tal-Premier League ikollhom jilagħbu żewġ logħbiet fi żmien tliet ijiem f’dan iż-żmien  ta’ festi.

Liverpool se jkunu qed imorru Leicester illum, qabel ma jilqgħu f’darhom lil Wolves nhar il-Ħadd. Iżda bosta timijiet oħra se jkollhom biss ġurnata bejn logħba u oħra.

Wara r-rebħ tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs ġewwa l-Qatar u t-telfa fil-Carabao Cup, Liverpool se jkunu lagħbu disa’ logħbiet b’kollox f’Diċembru biss.

Klopp qal li dan kollu ma jagħmilx tajjeb.

It-tim ta’ Klopp li qed jissielet biex jirbaħ il-league wara 30 sena, se jkollu jumejn ċans biex jirkupra bejn logħba u oħra, iżda 14-il tim ieħor se jkollhom biss ġurnata waħda ċans bejn logħba u oħra.