Klopp iżomm kuntatt mill-viċin ma’ Mbappe

Jurgen Klopp żamm kuntatt mill-viċin ma' Kylian Mbappe hekk kif Liverpool għadhom interessati li jakkwistawh.
Dan l-attakkant ta' 18-il sena ġie rrapurtat li nforma lil Monaco li huwa jrid iħallihom, b'Real Madrid, Manchester City, PSG u Barcelona lkoll qed jissemmew li jistgħu jakkwistawh.
Madankollu Klopp baqa' f'kuntatt ma' Mbappe hekk kif qed jipprova jikkonvinċih biex imur jilgħab f'Anfield, fejn kollox għadu indeċiż, b'Mbappe jidher ħerqan li jingħaqad mar-Reds.
Għal aktar aħbarijiet mix-xena tal-isport, agħfas hawnhekk.